Aħna grupp ta' erbgħa u għoxrin student u studenta li qegħdin fis-Sitt Sena A. L-għalliem tagħna huwa s-Sur Paul A. Rapa. Magħna fil-klassi għandna wkoll Learning Support Assistant li hija s-Sinjura Corinne Cassar.
F'din il-Blog issibu informazzjoni dwar dak kollu li jkun qed isir fil-klassi tagħna u anke dwar xi attivitajiet ta' l-iskola li l-klassi tagħna tkun ħadet sehem fihom. Dan it-tagħrif jingħata permezz ta' kitbiet, ritratti u anke filmati qosra. Issibu wkoll xi xogħolijiet u kitbiet tagħna t-tfal, kemm bil-Malti u anke bl-Ingliż. L-għalliem tagħna jinkludi wkoll xi attivitajiet li nistgħu nagħmlu d-dar b'rabta ma' dak li nkunu qed nagħmlu fil-klassi. Nawguraw illi ssibu din il-Blog ta' interess għalikom. Nieħdu pjaċir ħafna bil-kummenti tagħkom.
L-iskola tagħna tagħmel parti mill-Kulleġġ Santa Tereza. Tinsab f’żona kwieta fir-raħal ta’ Ħal Lija. F’din l-iskola jattendu madwar 400 student u studenta li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn tlieta sa ħdax –il sena. L-iskola għandha staff ta’ madwar ħamsin ruħ, li jinkludu l-amministrazzjoni, għalliema, Learning Support Assistants, għalliema tal-Kindergarten, skrivani u caretakers.
L-iskola tagħna tipprova tagħmel dak kollu possibbli sabiex l-istudenti tagħna jingħataw edukazzjoni ħolistika. Għalkemm tingħata importanza lill-iżvilupp akkademiku, aspetti oħra bħall-iżvilupp fiżiku, morali u kulturali ta’ l-istudenti għandhom posthom ukoll fil-ħidma ta’ l-istaff kollu. Diversi attivitajiet extra kurrikulari jsiru matul is-sena sabiex jintlaħaq dan il-għan. Ħafna minn dawn l-attivitajiet jinvolvu lill-ġenituri, għaliex l-iskola tagħti importanza kbira lill-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni t’ uliedhom.
No comments:
Post a Comment