L-Erbgħa, 11 ta’ Novembru 2009

Li Kieku Kelli Ajruplan

kitba ta' Thomas Muscat Ilbieraħ ma tantx kelli x'nagħmel u allura qgħadt nhewden fuq xi ħaġa li dejjem xtaqt li jkolli fil-verita'. Jiena dejjem xtaqt li jkolli ajruplan privat aħmar biex fuqu nirrilassa u fi tmiem il-ġimgħa nieħu waqfa mill-ħajja normali u taħti nara nies, karozzi u djar żgħar ħafna bħal tal-pupi. Kieku nieħu gost nara lil pajjiżi taħti. Kieku kelli ajruplan kont nixtieq li jkun "stunt plane" biex bih nagħmel wirjiet tal-ajru biex in-nies jieħdu gost jarawni ntajjar l-ajruplan u nitfa' d-duħħan biex nagħmel forom ta' oġġetti bħal qlub, stilel, kaxxi u ħafna forom oħrajn. Kieku nara veduti mill-aqwa, insiefer u nwassal lil xi nies u lil tal-famuilja f'pajjiżi oħra. Kieku hemm fuq inħossni fil-ġenna tal-art għax hemm fuq ħadd ma jmerini. Jien kieku ndur id-dinja kollha għax tgħidx kemm nieħu gost insiefer f'postijiet differenti.Kieku l-ewwel post li mmur bl-ajruplan ikun Franza għax minn dejjem kont nixtieq li nara Euro Disney u t-torri Eiffel. Dan l-ajruplan nixtiequ ajruplan li f'każ ta' inċident ikollu xi ħaġa li tgħinni nibqa' ħaj u ma nweġġax. Kieku jitkisser insewwih għand il-kuġin tiegħi li huwa mekkanik tal-ajruplani. Jien l-iskola qed nistudja ħafna biex meta nikber insir pilota tajjeb biex forsi l-ħolma li għandi ssir realta' u jkolli ajruplan għalija biex niddeverti u nistrieħ mix-xogħol. Fih inkun nista' wkoll intella' lill-ħbieb tiegħi biex jiddevertu miegħi ukoll.

No comments:

Post a Comment