
Kitba ta' Christine Dimech.
Issa s-sajf għadda u erġajna bdejna l-iskola. It-tliet xhur tas-sajf taru mar-riħ imma kienu mimlijin bl-attivitajiet.
Fil-bidu tal-vaganzi aħna bdejna bi Skolasajf u din kienet esperjenza li ma ninsa qatt. Fi Skolasajf morna ħafna ħarġiet u waħda minnhom kienet fejn rajna l-għasafar. F'din il-ħarġa rajna kull tip ta' għasfur. Niftakar meta darba minnhom qgħadna nilagħbu l-logħob bl-ilma.Ftit mill-krafts li għamilna huma 'mobile' li jiddendel, qtates u klieb bl-origami u 'cheetah' bir-rollijiet tat-tojlitpejper.
Fil-ħin liberu tiegħi jien kont naqra xi ktieb. Il-ktieb favorit tiegħi huwa 'The Chronicles of Narnia'. Dan il-ktieb huwa dwar erbat itfal li jkunu aħwa u darba minnhom dawn daħlu ġo gwardarobba. F'daqqa waħda daħlu ġo post maġiku. Fil-ħin liberu jien ukoll kont inħobb nilgħab mal-qattusa tiegħi li jisimha Nelly u li għandha sitt xhur.
Matul is-sajf aħna wkoll ħadna pjaċir nagħmlu xi barbikju. Ġieli kienu jiġu xi ħbieb għandna u ġieli aħna konna mmorru għandhom. Xi ftit mill-ikel li kilna kien tiġieġ, ġelati, u bergers.
Matul is-sajf jien ħriġt ħafna mal-familja tiegħi. Il-Ħadd konna mmorru post fejn iżommu l-qtates abbandunati. Aħna tgħidx kemm tħassarna lill-qtates. L-aktar qattusa li għoġbitni kienet waħda sewda bl-abjad li l-ħin kollu riedet titfissed. Xi kultant matul is-sajf jien u oħti morna għand il-ħbieb tagħna u l-aktar li konna nieħdu pjaċir kien meta mmorru d-dar tal-akbar ħabiba tagħna Marelaine.
Jiena ħadt l-aktar pjaċir meta mort Skolasajf imma jien miniex ser ninsa l-affarijiet sbieħ kollha li għamilt matul il-vaganzi tas-sajf.
No comments:
Post a Comment