
Fil-lezzjonijiet tal-Istudji Soċjali il-ġimgħa li għaddiet tgħallimna dwar kif ifforma l-blat tal-Gżejjer Maltin. Rajna kif il-blat Malti huwa sedimentarju għax ifforma saff fuq saff fil-qiegħ tal-baħar. Il-blat Malti fih ħames saffi: il-Qawwi ta' fuq, il-Ġebla s-Safra, it-Tafli, il-Franka u ż-Żonqor. Il-blat ħa forom differenti maż-żminijiet u għalhekk insibu għoljiet bħall-Mellieħa, widien bħal Wied il-Qlejgħa, għerien bħal Għar Dalam, irdumijiet bħal dawk ta' Ħad-Dingli u bajjiet jew daħliet bħall-Port il-Kbir u l-bajja ta' Għajn Tuffieħa.
F'dawn ir-ritratti tistgħu taraw il-"board" li għamilna fil-klassi dwar il-lezzjoni u wirja ċkejkna ta' ġebel differenti.
No comments:
Post a Comment